Misteri Tad-Dawl
l-ewwel it-tieni it-tielet ir-raba il-hames
L-Ewwel Misteru  It-Tieni Misteru It-Tielet Misteru  Ir-Raba` Misteru Il-Ħames Misteru
     
  Fl-Isem tal-Missier,
u ta’ l-Iben,
u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen. 
 
     
  Alla tagħna isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.   
  --------------  
  Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista kollox;
minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawma ta’ l-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem. Amen
 
  --------------  
  Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen. 
 
  --------------  
  Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen  (għal 3 darbiet)
 
  --------------  
  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.    
  --------------  
Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina, ried ikun ibnek bħalna.

O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.  
     
 
back Lura   L-Ewwel Misteru ahead
 
SanGorgPreca.com © 2008