Imbagħad il-pitgħada sar tieġ f’Kana
tal-Galilija, u omm Ġesu’ kienet hemm. Ġesu’ kien mistieden
għat-tieġ ukoll, flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx
fadal iżjed inbid, omm Ġesu’ qaltlu: “Ma għandhomx inbid” U Ġesu’
qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu mara? Is-siegħa tiegħi għadha
ma waslitx.” Omm Ġesu’ qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma
jgħidilkom hu.”
Ġwanni 2:1-5
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.
--------------
Marija Santissima, urina li
inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina,
ried ikun ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern;
Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.