mtd4
   
Ir-Raba' misteru
  Ġesu’ ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja,u tbiddel quddiemhom. U lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb; ebda ħasil fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma Mose’, it-tnejn jitkellmu ma’ Ġesu’. Qabad Pietru u qal lil Ġesu’: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mose’ u waħda għal Elija.”  
 
Mark 9:2-5
 



Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
 
  Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen. 
 
  --------------    
  Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen  (x10)
 
  --------------   
  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen. 
 
  --------------    
  Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina, ried ikun ibnek bħalna.

O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.  
 
     
back Lura Il-Ħames misteru ahead
 
SanGorgPreca.com © 2008