Huma u jieklu,Ġesu’ ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu,
newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.”Imbagħad ħa
l-Kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal: “Ixorbu
lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred
għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. Ngħidilkom li ma nerġax
nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li
nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri.”
Mattew 26:26-29
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.