F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment
fid-dinja kollha.
Dan kien l-ewwel sar meta Kirinu kien Gvernatur tas-Sirja.Ukulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu.Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, u
tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu
kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’
Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila.
Ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u
wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax
ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
Luqa 2:1-7
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.
--------------
Marija Santissima, urina li
inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina,
ried ikun ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern;
Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.