Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesú kienu jmorru Ġerusalemm
għall-festa tal-Għid.Meta Ġesú kellu tnax-sena telgħu wkoll, skond id-drawwa
ta’ dik il-festa.
Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel
Ġesú baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom;
iżda meta wara jum mixi fittxewh, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu
lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tliet ijiem sabuh fit-tempju, bil-qiegħda f’nofs l-għalliema,
jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb
bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu.
Luqa 2:41-47
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.