Kien il-Ħadd , l-ewwel
tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’
Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.
Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor
li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u
ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew
ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor
ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u
ra il-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad
wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel
imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu, dan ma kienx
mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor,
li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u
emmen.
Ġwanni 20:1-10
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.
--------------
Marija Santissima, urina li
inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina,
ried ikun ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern;
Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.