Wara li qal dan ,
huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn
quddiem għajnejhom. Waqt li kienu b’għajnejhom fis-sema jħarsu
lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad,
u qalilhom: “Irġiel tal-Galijija, x’intom tħarsu lejn is-sema?
Dan Ġesù li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa
jiġi kif rajtuh sejjer”
Atti 1:6-11
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.
--------------
Marija Santissima, urina li
inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina,
ried ikun ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern;
Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.