mtg4
   
Ir-Raba' misteru
  Imbagħad qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu…Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli ħienja, għax is- setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta’driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ‘l barra b’xejn. Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu - bħalma wiegħed lil missirijietna - b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.  
 
Luqa 1:46-56
 

Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
 
  Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen. 
 
  --------------    
  Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen  (x10)
 
  --------------   
  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen. 
 
  --------------    
  Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina, ried ikun ibnek bħalna.

O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.  
 
     
back Lura Il-Ħames misteru ahead
 
SanGorgPreca.com © 2008