mtt1
   
l-ewwel misteru
  Imbagħad Ġesu’, flimkien mad-dixxipli tiegħu, wasal f’qasam, jgħidulu l- Ġetsemani, u qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu bil-qiegħda hawn sa kemm immur nitlob.” U ħa miegħu lil Pietru, u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq. Imbagħad qalilhom: “Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi.” Mexa kemmxejn ‘il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob, u qal: “Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.”  
 
Mattew 26:36-39
 



Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
 
  Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen. 
 
  --------------    
  Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen  (x10)
 
  --------------   
  Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen. 
 
  --------------    
  Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina, ried ikun ibnek bħalna.

O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.  
 
     
back Lura It-Tieni misteru ahead
 
SanGorgPreca.com © 2008