Huma u sejrin bih, qabdu wieħed jismu Xmun
minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba’, u għabbewh bis-salib
biex iġorru wara Ġesu’. Kotra kbira ta’ nies kienet miexja
warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u
jibkuh. Imma Ġesu’ dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalem,
mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom. Għax,
araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, ‘Ħienja dik li ma għandiex
tfal, ħieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’!”
Imbagħad jibdew igħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’, u
lill-għoljiet,’Ordmuna!’ Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh
liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?”
Luqa 23:25-32
Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar darbiet, Glorja
Missierna li inti
fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int,
kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru
lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda
eħlisna mid-deni. Amen.
--------------
Sliema għalik, Marija,
bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u
fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen (x10)
--------------
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta'
dejjem. Amen.
--------------
Marija Santissima, urina li
inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna: Ġesu twieled għalina,
ried ikun ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern;
Hu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.